interactive GDPR 2016/0679 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- personali 4
- jiżguraw 3
- tal-ipproċessar 3
- sigurtà 3
- xieraq 2
- data 2
- taħt 2
- approvat 2
- l-proċessur 2
- organizzattivi 2
- għandhom 2
- għal 2
- il-kontrollur 2
- biex 2
- imsemmi 2
- livell 2
- aċċess 2
- tekniku 2
- il-kapaċità 2
- jiġu 2
- tekniċi 2
- fl-artikolu 2
- jintużaw 1
- jistgħu 1
- kondotta 1
- mekkaniżmu 1
- ċertifikazzjoni 1
- kodiċi 1
- jkun 1
- telf 1
- bidla 1
- żvelar 1
- qerda 1
- minn 1
- l-ipproċessar 1
- partikolarment 1
- mhux 1
- awtorizzat 1
- bħala 1
- aċċidentali 1
- illegali 1
- ieħor 1
- ipproċessata 1
- trażmessa 1
- maħżuna 1
- l-osservanza 1
- fil-paragrafu 1
- istruzzjonijiet 1
- mingħand 1
- ħlief 1
Artikolu 32
Sigurtà tal-ipproċessar
1. Filwaqt li jikkunsidraw l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u in-natura, l-ambitu, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskju ta' probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, biex jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju, inklużi inter alia kif xieraq:
(a) | il-psewdonimizzazzjoni u l-kriptaġġ tad-data personali; |
(b) | il-kapaċità li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u r-reżiljenza kontinwi tas-sistemi u s-servizzi ta' pproċessar; |
(c) | il-kapaċità li jiġu restawrati d-disponibbiltà u l-aċċess għad-data personali fil-pront fil-każ ta' inċident fiżiku jew tekniku; |
(d) | proċess sabiex tiġi ttestjata, ivvalutata u evalwata l-effettività tal-miżuri tekniċi u organizzattivi li jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar. |
2. Fl-evalwazzjoni tal-livell xieraq ta' sigurtà ser jitqiesu b'mod partikolari r-riskji li jippreżenta l-ipproċessar, partikolarment minn qerda, telf, bidla, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor, li jkun aċċidentali jew illegali.
3. l-osservanza ta' kodiċi ta' kondotta approvat kif imsemmi fl-Artikolu 40 jew mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 42 jistgħu jintużaw bħala element li bih tintwera konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
4. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi taħt l-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur li jkollhom aċċess għal data personali ma jipproċessawhiex ħlief fuq istruzzjonijiet mingħand il-kontrollur, sakemm ma jkunux meħtieġa jagħmlu dan taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru.
whereas
dal 2004 diritto e informatica